Saturday, December 14, 2024

Bħal-lum 42 sena sar l-attentat ta’ qtil fuq Papa Ġwanni Pawlu II

Aqra wkoll

Kien eżatt bħal-lum, 13 ta’ Mejju tal-1981 meta l-Papa Ġwanni Pawlu II kien safa mira ta’ attenta ta’ qtil. Kien Mehmet Ali Ağca li waqt li l-Papa kien dieħel Pjazza San Pietru spara lejh u laqtu.

Dakinhar Papa Ġwanni Pawlu II kien tilef ħafna demm u għamel diversi jiem fil-periklu tal-mewt. Mehmet Ali Ağca kien ġie arrestat mill-pulizija Taljana u aktar tard kien ingħata sentenza ta’ għomru l-ħabs.

Fuq talba tal-Papa stess, Ağca kien ingħata l-maħfra fejn il-President Taljan Carlo Azeglio Ciampi kien laqa’ din it-talba u ħelsu mill-ħabs. Hu kien ġie deportat lejn it-Turkija fis-sena 2000.

Intant, sena wara li seħħ dan l-attakk fuq ħajtu, Ġwanni Pawlu II kien mar Fatima biex jirringrazzja lil Madonna li salvatlu ħajtu.

L-Ambaxxatru Malti għal Vatikan Frank Zammit fuq il-midja soċjali kiteb li meta kien Fatima, Ġwanni Pawlu II kien safa mira ta’ attakk ieħor. Dakinhar il-Papa kien ħa l-balla li nifditu miegħu u iwaħħala fil-kuruna tal-istatwa tal-Madonna li għadha hemm sal-lum.

Dwar l-attakk l-Ambaxxatur Zammit jikteb li f’dik ir-rassa kollha resaq lejn il-Papa Ġwanni Pawlu II il-qassis tradizzjonalista Spanjol Juan Maria Fernandez y Krohn u pprova jferiħ għal mewt b’daqqa ta’ sikkina ta’ bajjunetta.

Hekk kif Padre Krohn kien viċin il-Papa nstema jagħjjat “Abbasso il Papa, Abbasso il Concilio Vaticano II!” Jingħad li l-Papa ġarrab xi ġrif f’dan l-attakk.

Padre Krohn kien ġie mressaq fil-qorti kriminali tal-Portugal fejn wara li nstab ħati kien ġie kkundannat sitt snin ħabs.

Tul il-piena tiegħu fil-ħabs, Krohn kien iggradwa bħala avukat.

Ekonomija

Sport