Friday, May 3, 2024

L-omm: Dik il-persuna li tissagrifika kollox għall-bżonnijiet ta’ wliedha

Jitkellmu Sue Rossi u Claudia Calleja

Aqra wkoll

“It-tifsira li tkun omm hija prattikament bla tmiem. Omm hija protettur, dixxiplinarja u ħabiba. Omm hija bniedem disinteressat u mħabba li trid tissagrifika ħafna mix-xewqat u l-bżonnijiet tagħha għax-xewqat u l-bżonnijiet ta’ wliedha. Omm taħdem ħafna biex tiżgura li t-tarbija tagħha tkun mgħammra bl-għarfien, il-ħiliet u l-abbiltajiet biex tagħmilha bħala bniedem kompetenti”.

Hekk bdiet biex iddeskriviet id-definizzjoni wiesgħa tat-terminu ‘omm’, Sue Rossi – isem familjari sew mad-dinja tal-immudellar f’pajjiżna – f’intervista li kellha ma’ dan is-sit.

Claudia Calleja wkoll iddefinixxiet dan l-irwol simili għal dak ta’ Rossi, meta ġiet mitluba biex taqsam il-ħsibijiet tagħha ma’ Talk.mt f’dan ir-rigward: “Li tkun omm tfisser li tissagrifika ħafna mill-bżonnijiet tiegħek għall-bżonnijiet ta’ wliedek. Li tkun omm tfisser li tħobb lil uliedek aktar minnek innifsek. Tipprovdi xi ħaġa indeskrivibbli lil uliedek ta’ kull età. Li tkun il-persuna li mingħajr ma jkollhom bżonn, ikellmuk uliedek u tkun taf x’qed iħossu,” qaltilna Claudia.

Rossi kompliet tgħid li fl-opinjoni tagħha l-irwol ta’ omm x’aktarx huwa l-iktar irwol iebes li qatt se tesperjenza mara. Però, fl-istess waqt, hija qalet li bl-istess mod, dan huwa rwol li jtiha l-akbar sodisfazzjon ta’ ħajjitha lill-mara.

“Li tkun omm tfisser li tkun hemm biex tgħallem lit-tifel/tifla tiegħek regoli u rwoli importanti tal-ħajja, milli tkun bniedem empatetiku għal titgħallem kif tkun responsabbli mill-azzjonijiet tiegħu. Hekk kif it-tifel/tifla tiegħek jikbru, se jaffaċċjaw attakk ta’ ħsibijiet, opinjonijiet u valuri differenti minn sħabhom, il-films, l-internet, it-televiżjoni u r-rivisti”.

“Omm tgħin biex tiggwida lil uliedha biex isibu l-għanijiet u l-valuri tagħhom fil-ħajja kif ukoll tgħallimhom l-importanza ta’ edukazzjoni, manjieri u aktar. Omm se tiddixxipplina wkoll lil uliedha, ħila li tkun ta’ benefiċċju għat-tfal tul ħajjithom kif ukoll fl-iskola, ix-xogħol u l-ħajja fid-dar,” temmet tgħid Rossi.

Sport