Sunday, December 22, 2024

Bħal-lum 51 sena ilu twieled ir-rapper Amerikan Eminem 

Aqra wkoll

Bħal-lum, fl-1972 f’Missouri twieled Marshall Bruce Mathers, magħruf l-aktar bħala Eninem, wieħed mill-aqwa rappers Amerikani ta’ dak iż-żmien, minkejja li f’ħajtu kienu bosta dawk li kkritikawh. 

Beda r-rapp meta kellu biss 14 -il sena, fejn ipparteċipa f’kompetizzjoni ma’ sieħbu. Fl-1988, Eminem ifforma l-grupp The Dirty Dozen (D12) fl-1996 u ħareġ l-ewwel album tagħhom fl-1988. 

Fl-2004, huwa ħareġ il-ħames album, filwaqt li fl-2005 u l-2006, huwa ħareġ albums tal-aqwa suċċessi, Curtain Call: The Hits, u Eminem Presents: The Re-Up. 

Wara waqfa ta’ sentejn wara l-mewt ta’ ħabib tiegħu, ir-rapper Proof, Eminem ħareġ l-album il-ġdid tiegħu, Relapse fl-2008. Barra minn hekk, Eminem kiser ukoll ir-rekord tal-aktar albums suċċessivi tal-Istati Uniti minn artist solista.

Sal-lum, Eminem ħareġ erba’ albums oħra sabiex isaħħaħ il-karriera tiegħu. Għalkemm ta’ spiss jiġ deskriitt bħala persuna kontroversjali minħabba l-lirika u l-kanzunetti vjolenti u spiss insultanti tiegħu, huwa xorta waħda kiseb u għadu jikseb fil-karriera tiegħu. 

Ekonomija

Sport