Tuesday, April 1, 2025

Bħal-lum ħames snin ilu….

Aqra wkoll

Bħal lbieraħ ħames snin ilu fil-bidu tal-pandemija id-dinja xaqfet tara lil Papa Frangisku waħdu fil-Pjazza tal-Vatikan. Il-kittieb u għalliem Roberto Aloisio fakkar dan.

Hu kien kiteb li “nammetti llejla ġismi qam xewk xewk u qabżitli demgħa nara lill-Papa miexi “waħdu” fix-xita fi Pjazza San Pietru u jgħid l-ewwel kelmiet b’nifsu maqtugħ. Dan ir-raġel ta’ 83 sena, b’pulmun wieħed marid, imma b’kuraġġ ta’ sur u b’tama kbira jagħmel il-qalb lilna.

“F’dawn l-aħħar ġimgħat bħal waqgħet dalma fuqna… din it-tempesta furjuża ħaditna għall-għarrieda. Intbaħna li lkoll ninsabu f’baħar wieħed, ilkoll dgħajfa u diżorjentati… imma kollha msejħin biex naqdfu flimkien, ilkoll neħtieġu l-faraġ ta’ xulxin. F’dan il-baħar… ninsabu lkoll.” (Papa Franġisku, illejla)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport