Sunday, October 4, 2026
Home Internazzjonali Eluf jipprotestaw fi Spanja minħabba l-kriżi tal-housing

Eluf jipprotestaw fi Spanja minħabba l-kriżi tal-housing

0
45

Għexieren ta’ eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fi Spanja u talbu għal protezzjoni akbar għall-inkwilini wara li l-Gvern naqas milli jgħaddi leġiżlazzjoni t’emerġenza dwar l-akkomodazzjoni. 

Is-Sibt li għadda saru madwar 50 dimistrazzjoni f’diversi bliet fosthom Madrid, Valencia u Barcelona.

“Hemm ħafna rabja fit-toroq,” qalet kelliem għall-Unjoni tal-Inkwilini ta’ Valencia. Fil-belt seħħew konfronti bejn uħud mid-dimostranti u l-pulizija.

Il-miżuri mressqa nhar il-Ġimgħa mill-gvern ta’ koalizzjoni mmexxi minn Pedro Sánchez segwew rabja pubblika wara t-tkeċċija ta’ mara ta’ 87 sena minn darha x-xahar li għadda, wara li ma setgħetx taffordja żieda qawwija fil-kera.

It-tkeċċija tagħha wasslet għal protesti madwar Spanja, fejn id-dimostranti qed jitolbu għal kirjiet aktar baxxi, biex jintemmu dawn it-tkeċċijiet, u biex ikun hemm projbizzjoni fuq ix-xiri ta’ proprjetà minn fondi ta’ investiment – ​​jew “vulture funds”, kif sejħilhom il-gvern.

It-telfa ta’ Sánchez fil-Kungress nhar il-Ġimgħa żiedet l-ispekulazzjoni li jista’ jsejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija, li oriġinarjament kellha ssir sas-sajf li ġej.

Il-gvern ta’ koalizzjoni tiegħu, magħmul mill-Partit Soċjalista u s-sieħeb iżgħar, l-alleanza Sumar, m’għandux maġġoranza fil-parlament.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here