Tuesday, April 8, 2025

Bħal-lum mietet Thatcher… u f’żoni fir-Renju Unit saru ċelebrazzjonijiet 

Aqra wkoll

Bħal-lum 8 ta’ April tas-sena 2013, mietet l-eks Prim Ministru Konservattiv Ingliż, Margaret Thatcher. Mal-aħbar tal-mewt tagħha, f’diversi żoni fit-Renju Unit saru festini. Dawk saru l-aktar f’żoni fejn jgħixu l-ħaddiema fosthom f’żoni fejn fihom snin ilu kienu jgħixu l-ħaddiema tal-minjieri, kategorija ta’ ħaddiema li kienu intlaqtu bil-kbir u b’mod negattiv mill-politika ta’ Thatcher. 

Il-legat tagħha jibqa’ mfakkar bħala li kisser il-moviment tal-ħaddiema fl-Ingilterra u dan wara li l-ħaddiema tal-minjieri tilfu l-kawża tagħhom wara strajk li dam sena bejn is-sena 1984 u 1985.

Taħt it-tmexxija tagħha żdiedet l-inugwaljanza, waqt li l-akkomodazzjoni soċjali tnaqqset. Thatcher kienet introduċiet dak liġi li tipprojbixxi tagħlim dwar l-orjentazzjoni sesswali.

Thatcher kienet trewwaħ sew fuq ir-razziżmu, tant li lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstraljan kienet qaltlu biex joqgħod attent mill-Asjatiċi għax inkella pajjiżu jispiċċa bħal Fiji fejn l-Indjani ħadu kontroll. Kienet tris lil African National Congress bħala ‘organizazzjoni típika terroristika’.  Id-dittatur Ċilen Augusto Pinochet, responsabbli għal stupri, qtil u torturi, kien ħabib personali tagħha. Fir-Renju Unit hi ipproteġiet għadd ta’ politiċi akkużati b’pedofelija fosthom Sir Peter Hayman, u d-Deputati Peter Morrison u Cyril Smith. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport