Wednesday, February 26, 2025

“Bħal lum sena ħallejt lil Faith warajja biex l-għada inwelled lil Theo … Kien mument ta’ ħafna biża, eċitament u mistoqsijiet”

- l-omm Graziella Bartolo Pizzuto

Aqra wkoll

“Bħal-lum sena ħallejt lil Faith warajja biex l-għada inwelled lil Theo. Kien mument ta’ ħafna biża, eċitament u mistoqsijiet. Kif se nħobb lil xi ħaddieħor daqs kemm inħobb lil Faith?! Kemm tlabt li kollox imur sew did-darba! Biex niġi lura d-dar mentalment u fiżikament tajba għax warajja ħallejt tistennieni l-iktar persuna prezzjuża għalija. Faith għandha bżonni u jien għandi bżonn kbir li nkun ommha”

Dan kien il-messaġġ li wasslet l-omm Graziella Bartolo Pizzuto permezz ta’ Facebook, fejn spjegat li kellha lejl ta’ riflessjoni wara attakk ta’ paniku. Spjegat li l-paniku kien għax kien propju dakinhar li t-trawma għolliet rasha u li fakkritha kif marru l-affarijiet fit-twelid ta’ Faith.

Pizzuto qalet ukoll; “Ħarist lejn il-cot vojt u emmint li mill-għada ħajjitna se terġa’ tinbidel, qalbna se tikber u l-familja ċkejkna tagħna se tkun kompluta. It-tama, il-fidi u l-imħabba wassluni sa l-għada biex għall-ewwel darba f’ħajti nesperjenza mument li kien misruq minni, minn binti u mill-familja tagħna. Wassluni għall-mument li taffa ħafna uġiegħ u sewwa ħafna ħsara li ġarrbet qalbi”

Tenniet li filwaqt li qasmet il-ħsibijiet tagħha ma’ dawk kollha li segwuwha, għada se tkun ġurnata spejċali li bħala familja se jiċċelebraw flimkien ma’ Theo.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport