Bħala ġenitur, irrid li wliedi jikbru f’soċjetà li ma tħarisx lejn in-nies bil-lenti ta’ kemm huma konformi ma’ xi idea fissa ta’ “normali”. Soċjetà li tgħożż kull wild għall-ħajja li għandu, għall-potenzjal li għandu, u għall-imħabba li kapaċi jagħti.
Dan kien il-messaġġ li wasslet id-Deputata Laburista permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn enfasizzat fuq il-fatt li ma’ tistax tibqa’ siekta fuq filmat li qed jiċċirkola bil-kumment marbut ma’ tqala f’każ ta’ tfal bid-Down Syndrome.
Hawnhekk qalet ukoll; “Kummenti li jweġġgħu lilna l-ġenituri u għalhekk nitlob li jitneħħa Lovin Malta .. Iżda dan il-filmat fakkarni f’realtà li iva għad hemm mentalità diskriminatorja li tbaxxi l-valur tal-ħajja ta’ uħud minn oħrajn”
Tenniet tgħid; “Bħala persuna fil-politika, nemmen bis-serjetà li għad fadlilna ħafna x’nagħmlu biex niżguraw li l-inklużjoni tkun verament għal kulħadd – mhux biss fuq il-karta, imma fil-politika, fil-kultura u fl-attitudni tagħna ta’ kuljum. Kulħadd għandu jkollu l-istess drittijiet, lil hinn minn kull kundizzjoni”