Il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi kontinwament jimplimenta u jissorvelja firxa ta’ xogħlijiet, proġetti u inizjattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tiegħu, skont il-prijoritajiet tal-Gvern, il-programm ta’ ħidma approvat u d-disponibbiltà tar-riżorsi.
Iddikjarat dan il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli fil-Parlament meta kienet qed twieġeb mistoqsija Parlamentari li saritilha mid-Deputata Nazzjonalista Bernice Bonello.
Il-Ministru Zerafa Civelli enfasizzat fuq il-fatt li bħalissa għaddejjin diversi proġetti f’diversi stadji ta’ ppjanar, akkwist, implimentazzjoni u tlestija. Saħqet li għaldaqstant, il-kunċett ta’ xogħlijiet “pendenti” huwa wieħed dinamiku, peress li proġetti ġodda jinbdew filwaqt li oħrajn jitlestew jew javvanzaw skont il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni.
Hija spjega li l-Ministeru jibqa’ responsabbli mill-funzjonijiet u l-proġetti li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inklużi dawk relatati mal-Gvern Lokali, Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni u max-xogħlijiet pubbliċi u jkompli jwettaq dawn ir-responsabbiltajiet permezz tad-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet kompetenti.
