L-ibburdjar huwa divertenti u jekk isir fil-kumpanija t-tajba jkun aktar pjaċevoli.
Is-sena l-oħra l-Malta Cruising Club introduċa avveniment ġdid offshore fil-kalendarju ta’ avvenimenti tagħhom. Din kienet kruċiera ta’ 76 mil nawtiku minn Marsamxett Malta, sa Marina di Cala del Sole, f’Licata, Sqallija.
Dan kellu jikkoinċidi ma’ Jum il-Vitorja tat-8 ta’ Settembru – festa nazzjonali sinifikanti f’Malta li tfakkar it-tmiem ta’ tliet assedji storiċi: l-Assedju l-Kbir tal-1565, l-Imblokk Franċiż tal-1800, u l-Assedju ta’ Malta fl-1943.
Ir-reazzjoni tal-membri kienet waħda modesta b’17-il dgħajsa jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni. Iva, it-tbaħħir fil-kumpanija t-tajba jagħmilha aktar divertenti.
Għal din is-sena l-Organizzaturi qed jippjanaw tmiem il-ġimgħa aktar twil, bil-ġranet proposti jkunu l-5, is-6, is-7 u t-8 – it-Tlieta 8 ta’ Settembru hija btala pubblika.
Meta ghad fadal seba’ ġimgħat ghal-kruciera l-għadd ta’ dgħajjes li kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom diġà laħaq is-27.
Bi 394 irmiġġ, u pjanijiet għal espansjoni futura għal aktar minn 1,500 irmiġġ biex tissodisfa d-domanda dejjem tikber, Marina di Cala del Sole hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aktar marini moderni u akkoljenti fil-Mediterran għal dgħajjes sa 70 metru fit-tul.
Minbarra port modern, Licata tgawdi minn storja rikka, wirt interessanti u gastronomija bnina.
Programm sħiħ ta’ attivitajiet għall-membri tal-Malta Cruising Club waqt li jkunu f’Licata se jitħabbar dalwaqt.




