Il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-politika tiegħu favur mezzi alternattivi ta’ mobbiltà

Aqra wkoll

Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-politika tiegħu favur mezzi alternattivi ta’ mobbiltà. Is-settur tat-taxis u l-Y-plates huwa wieħed minn dawn il-pilastri kruċjali, u r-riforma li qiegħda ssir fis-settur turi kemm dan il-Gvern jemmen f’dawn is-servizzi.

Il-Ministeru u l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ser ikomplu jsegwu l-progress li qed jagħmel is-settur u ser jibqaw jikkonsultaw ma’ dawk fis-settur li għandhom rieda tajba u li verament jixtiequ jaraw progress, kif ukoll bl-użu tad-data disponibbli u biex dan is-settur dejjem jibqa’ jitjieb b’mod proporzjonat u trasparenti.

Qal dan il-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli Chris Bonett fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li sarritlu mid-Deputat Nazjzonalista Adrian Delia.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport