Sunday, December 22, 2024

“Bħall-prodott Malti u Għawdxi ma ssibx… irridu noħolqu l-karrieri”

Aqra wkoll

Waqt attività politika mill-Qala Għawdex li fiha wieġeb numru ta’ mistoqsijiet, il-Prim Ministru Robert Abela beda biex jitkellem dwar is-summit li fih ġew trattati diversi suġġetti fosthom ir-riperkussjonijiet tal-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna.

Il-Prim Ministru qal li bħala gvern ta l-kelma li pajjiżna se jżomm il-prezzijiet stabbli. Huwa mill-ġdid iddikjara li se tinżamm l-istabbiltà fil-prezzijiet kif wiegħed minkejja li pajjiżi oħrajn fl-aħħar sigħat komplew jaraw żidiet fil-prezzijiet. Iżda fuq kollox Abela sostna li fiż-żjara tiegħu saħaq dwar l-importanza tad-djalogu biex kemm jista’ jkun tirrenja l-paċi.

“Se nibqgħu nagħtu l-għajnuna biex niżguraw li nipproteġu lill-poplu tagħna minn dak li qiegħed jiġri”, wiegħed Abela.

Tbassir sabiħ għan-negozji tagħna

Mistoqsi dwar in-negozji u għalfejn għandhom jibqgħu jinvestu, il-Prim Ministru fakkar fis-siegħa kerha li pajjiżna kellu jagħlaq il-bibien għalkollox. Madanakollu s-settur kien ta l-kelma li ma jkeċċix lill-ħaddiema u bl-għajnuna mogħtija, mhux talli ma żdiedx l-qgħad talli llum għandna l-anqas rata ta’ qgħad li qatt kellna fl-istorja ta’ pajjiżna.

Abela talab lil dawk quddiemu biex jisilfuh il-fiduċja biex ikun jista’ jwettaq investiment rekord ta’ investiment f’Għawdex kollu ġej minn fondi ewropej. Il-Prim Ministru qal li gvern Laburista jħaddan politika li tinċentiva lin-nies u inkoraġġixxa lil dawk li jimpjegaw għaliex ġej żmien sabiħ għal pajjiżna.

Għajnuna lil dawk li jixtru l-ewwel proprjetà

Żagħżugħ ieħor Għawdxi staqsa lill-Prim Ministru rigward l-opportunità għaż-żgħażagħ biex jixtru l-ewwel proprjetà. Fakkar diversi inċentivi li minnhom ibbenefikaw eluf ta’ persuni. Fil-manifest imħabbar ilbieraħ hemm il-miżura li tħallas €10,000 mil-loan fuq medda ta’ 10 snin li tfisser li l-gvern se jkun qiegħed iħallas bejn pagament u tnejn kull sena tas-self tagħhom. Gvern Laburista se jkun qiegħed jinċentiva lil dawk li jixtru f’żona UCA jew proprjetà li tkun ilha mibnija aktar minn 20 sena u tkun battala, f’Għawdex se jingħataw sa għotja ta’ €30,000 u tiġi eżentat mill-ħlas tat-taxxa fuq ir-rinnovazzjoni li ssir fl-istess proprjetà.

“Bħall-prodott Malti u Għawdxi ma ssibx… irridu noħolqu l-karrieri”

Il-Prim Ministru tkellem dwar is-settur tal-agrikoltura u qal li bħall-prodott Malti u Għawdxi ma ssibx. Rigward il-proposti fil-manifest, Abela qal li jeħtieġ li aktar żgħażagħ ikunu inċentivati li jaħdmu fil-biedja u s-sajd biex jemmnu li jista’ jkollhom karriera f’dan is-settur.

“Nemmen li hija l-edukazzjoni li trid tipprepara lill-istudenti għall-bżonnijiet kollha tal-industrija tagħna”, kompla l-Prim Ministru.

Huwa qal li karatteristika b’saħħitha fil-bdiewa lokali huwa s-sens ta’ kburija għax-xogħol tagħhom, il-kwalità ta’ prodott li jipproduċu u wiegħed li gvern Laburista se jkompli jinvesti bis-saħħa aktar minn qatt qabel f’dan is-settur.

Ekonomija

Sport