Rose, meta kkkummentat ma’ IT-TORĊA qaltilna li “aħna konna nmorru Ħad-Dingli. Almenu issa qed noqrob ‘lhawn ir-Rabat. Niħdu pjaċir għax niltaqgħu man-nies u nilagħbu ftit tombla u tkun taf x’inhu għaddej matul il-ġurnata. U attiviatjiet minn kollox ikollna. Il-ġurnata ngħaddiha bit-tisjir, tindif, ħasil ta’ ħwejjeġ u affarijiet oħra. Kif ikolli l-ġurnata tiegħi nitlaq il-barra għax irrid inmur iċ-ċentru ta’ matul il-jum. Dik il-ħarġa tiegħi. Niħu pjaċir niġi għax niltaqa’ man-nies u mhux toqgħod dejjem mal-ħitan. L-hena tiegħi nmur iċ-ċentru. Naqta ir-rutina”.

