Thursday, September 4, 2025

‘Bid-dedikazzjoni u l-impenn tasal fejn tixtieq’ – Gordon Caruana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isparar?

L-imħabba tiegħi għall-isparar bdiet meta kelli sitt snin meta kont immur ma’ missieri l-għalqa għall-kaċċa.Meta kelli 15-il sena bdejt immur miegħu għall- plattini u ta’ 18-il sena xtrajt l-ewwel rifle biex nibda nipprattika għad-dritta u bdejt nirbaħ fil-kompetizzjonijiet.

X’unuri maġġuri rbaħt fil-karriera tiegħek sa issa?

Meta kont nispara d-dritta, irbaħt ħafna drabi u kont għadni żgħir u nikkompeti ma’ tiraturi ħafna ikbar minni u ta’ esperjenza. Imbagħad għamilt żmien wieqaf minħabba x-xogħol u fl-2024 erġajt bdejt din id-darba fuq DTL. Ħadtha bis-serjetá u rnexxieli nirbaħ il-Grand Prix 200 fil-Bidnija

X’tikkummenta fuq il-livell tat-trap f’pajjiżna fil-preżent?

It-trap hija dixxiplina sabiħa ħafna imma mhux faċli peró ddeċidejt li nibda nittrenja għaliha u niffoka aktar fuqha.

U dak tar-riżorsi fejn tittrenjaw u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Għal Malta il-livell tal-isparar huwa tajjeb ħafna meta tqis li ħafna minna jagħmlu dan wara l-ħin tax-xogħol mhux bħal barra minn xtutna fejn ikunu full-time hekk. Għaċ-ċokon tagħna peró xorta kapaċi u nġibu riżultati tajbin anke barra minn Malta. Nemmen li jekk ikollna l-għajnuna nitilgħu fil-quċċata bħalhom.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-trap?

Biex tkun tajjeb ideali tispara fuq dixxiplina waħda ħalli tagħti l-100% tiegħek. Fl-2026 ħa niffoka fuq it-trap għall-futur tiegħi ħalli nasal fejn nixtieq.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-isparar.

Jien mill-esperjenza tiegħi nħeġġeġ lin-nies sabiex ma jaqtgħux qalbhom. Bid-dedikazzjoni u l-impenn tasal fejn tixtieq!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport