Sunday, December 22, 2024

Biden jassigura li l-Ukrajna tirċievi $60 biljun f’għajnuna militari

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden assigura lill-Ukrajna li se tkun qed tirċievi mas- $60 biljun f’għajnuna militari.

Għalkemm din il-miżura għadha trid tgħaddi minn votazzjoni finali tal-Kungress, il-President Biden qal lil President Ukrenn Volodymyr Zelensky li jinsab kunfidenti li se tiġi approvata.

Zelensky għamel appell urġenti għal aktar armi sabiex tiġi evitata sitwazzjoni “katastrofika” fl-Ewropa.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, is-Senat Amerikan approva pakkett ta’ għajnuna barranija ta’ $95 biljun, li jinkludi $60 biljun għall-Ukrajna.

Wara laqgħa li Biden kellu ma’ Zelensky matul il-jum tas-Sibt, f’kumment li ta lill-ġurnalisti, qal li l-poplu Ukren se jkompli jiġġieled b’tant kuraġġ u b’mod eroj. Żied jgħid li għalhekk huma importanti li l-Ukrajna tibqa’tingħata l-armi li għandha bżonn.

Ekonomija

Sport