Monday, May 13, 2024

Bernard Grech jgħid li fil-PN m’hemmx ġlied intern

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Mexxej Nazzjonalista Dr Bernard Grech

Aqra wkoll

“Jien ma abbandunajtx il-vapur. Il-ħidma tiegħi kienet dejjem li mmexxi l-Partit Nazzjonalista ‘l quddiem u li ngħaqqad il-Partit u rnexxielna nersqu. Illum għandna ħidma. Illum ma hemm l-ebda ġlied intern. Jien u Adrian Delia naħdmu katina flimkien”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech qal dan waqt li kien qiegħed jiġi intervistat mill-Editur Eżekuttiv ta’ MaltaToday, Kurt Sansone, hekk kif kien mistoqsi jekk iħossux li hu mażra għal mal-Partit Nazzjonalista. Dan b’referenza għas-survey li sar mill-MaltaToday stess, fejn irriżulta li spikkat in-nuqqas ta’ fiduċja f’Bernard Grech.

Fir-rigward tal-ħaddiema barranin, Grech ikkritika għal darb oħra lill-Gvern u qal li dan żied il-popolazzjoni bla kontroll u li ħoloq problema fl-infrastruttura. Saħaq li bħala kap tal-PN, dejjem tkellem fuq il-fatt li dawn għandhom jingħataw drittijiet daqs ħaddieħor u li ħadd ma għandu jkun skjav.

Dwar l-għoli tal-ħajja, Grech enfasizza li għal darboħra l-Partit Nazzjonalista għandu s-soluzzjonijiet. Skont Grech, il-PN ilu xhur jagħti s-soluzzjonijiet lill-Gvern, iżda skontu l-Gvern baqa’ jagħmel kollox ta’ rasu.

Sport