Saturday, December 28, 2024

Bidla bżonjuża sabiex il-Belt Kapitali tibqa’ fil-quċċata 

… il-Gvern favur li ssir bidla fil-ħin tal-ġbir tal-iskart

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit ippropona biex vetturi tal-iskart ma jidħlux aktar jiġbru ż-żibel fil-ħin ta’ waranofsinhar waqt li l-Maltin u t-turisti jkunu qed jieklu. Permezz ta’ messaġġ fuq il-profil tiegħu, Zammit qal li din il-liġi trid tinbidel darba għal dejjem. 

Intervistat minn Talk.mt dwar il-proposti tiegħu, is-sindku tal-Belt Valletta qal li dak li ppropona hu intlaqa tajjeb ferm mill-Gvern, tant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet sabiex l-liġi tinbidel għal waħda li se tkun qiegħda tolqot b’mod pożittiv lir-residenti Beltin u lil dawk kollha li jżuruha. 

Zammit żied jgħid li ġaladarba l-liġi l-ġdida tgħaddi, il-vetturi tal-iskart ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom bla ma jdejqu bil-ħsejjes u lirwejjaħ lit-turisti u lil dawk kollha li jmorru fir-ristoranti u jpoġġu fl-imwejjed barra. Huwa rrimarka li wieħed għandu jżomm f’moħħu li min isiefer isiefer x’imkien barra minn Malta, jkun jixtieq li jgawdi kollox mingħajr skumdita. 

Fir-rigward tal-istess liġi, Zammit kompla qal li kif inhi l-liġi bħalissa l-vetturi tal-iskart mhumiex jiksru l-liġi għax għandhom kull dritt li jidħlu. Fd-diskussjoni li għaddejja bħalissa qiegħed jiġi diskuss liema ħin huwa l-aħjar sabiex it-trakk taż-żibel ikun jista’ jgħaddi mit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta. 

Is-Sindku qal li din il-proposta intlaqet ukoll b’mod tajjeb minn bosta residenti Beltin u anke mill-pubbliku. Huwa enfasizza l-fatt li fir-rigward tas-sitwazzjoni ma hemmx lok la min jattakka u lanqas min idaħħal il-politika fin-nofs. Hawnhekk, Zammit żied jgħid li “ irrelevanti ta’ liema partit u kulur tkun, qatt ma għandek tikkritika u tidħol fuq livell personali għax il-ħidma li qed issir, qegħda ssir kemm għar-residenti tal-Belt u anki għall-pubbliku inġenerali”. 

Għal dawk li ma jaqblux ma’ dak li qiegħed jjiġi propost, is-Sinku Alfred Zammit irrimarka li għalkemm kulħadd għandu dritt li jaħseb kif irid, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-għan ewlieni ta’ din il-proposta hi li l-Belt Valletta tkun tista’ titjieb għal l-aħjar. Zammit żied ifakkar li; “Irnexxielna nagħmlu Belt Valletta li hija d-domanda ta’ kulħadd u għamilniha belt fost l-aqwa fl-Ewropa”. 

Ma’ dan is-sit, is-Sindku Belti irrimarka li s-sitwazzjoni tal-imwejjed u s-siġġiet hija waħda kontrollabbli u qegħda tittieħed azzjoni kontra min iwettaq xi xorta ta’ abbuż. Hu appella sabiex il-pubbliku ma jħarisx biss lejn l-istess sitwazzjoni bħala l-għadu. Minbarra dak l-appell, huwa xtaq iwasssal messaġġ ukoll lis-sidien tar-ristoranti u tal-bars sabiex jimxu mal-liġijiet sabiex b’hekk igawdu kemm huma, il-pubbliku u t-turisti. 

Alfred Zammit temm jgħid li fl-irwol tiegħu bħala sindku, f’dawn l-aħħar tlett snin minkejja li kien żmien diffiċli minħabba l-pandemija tal-Covid-19, ħadem qatigħ ma’ diversi entitajiet sabiex il-Belt Valletta tkun dik kapitali  li tista titgawda mit-turisti u mill-pubbliku.

Ekonomija

Sport