L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna sejħet l-introduzzjoni ta’ transport pubbliku bla hlas bħala bidla ekoloġika u soċjali.
L-Organizzazzjoni qalet li hija bidla ekoloġika għax din se twassal għat-tnaqqis ta’ karbonju fl-arja, u soċjali peress li se jibbenefikaw minnha l-aktar dawk bi dhul baxx.
L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna tħeġġeġ il-Gvern biex jassigura li servizz provdut jkun ta’ kwalità u li l-effiċċjenza fis-servizz tinghata l-importanza. Barra minn hekk, Żminijietna tinsisti favur titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.