Saturday, December 28, 2024

“Bidla importanti li ilni nisħaq fuqha bħala sindku”

Is-Sindku tal-Belt, Alfred Zammit, dwar il-ħinijiet ġodda tal-ġbir tal-iskart

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Permezz ta’ ħidma kontinwa bejn il-Gvern u l-kunsill lokali tal-Belt Valletta, minn nhar it-Tnejn 21 ta’ Awwissu, il-ġbir tal-iskart fiż-żona kummerċjali beda jinġabar kmieni filgħodu. Dan kollu jfisser bidla kbira għar-residenti u għal kull min iżur il-Belt Valletta sabiex il-belt Kapitali tibqa l-ġawra Maltija.

Dan intqal mis-Sindku tal-Belt, Alfred Zammit, f’kumment illi ta lil Talk.mt, fejn irrimarka li din il-bidla hija meqjusa bħala waħda importanti hekk kif vetturi kbar li jiġbru l-iskart mhux se jkunu ta’ inkonenjent għall-Maltin u t-turisti li jżuru l-Belt Valletta l-iktar fil-ħin tal-ikel.

Is-Sindku Zammit qal li ġaladarba issa għaddiet il-liġi, il-vetturi tal-iskart se jkunu jistgħu jaqdu dmirijiethom bla ma jdejjqu lit-turisti u lil dawk kollha li jkunu fir-ristoranti bil-ħsejjes u l-irwejjaħ. Fl-istess waqt, is-sindku appella wkoll lis-sidien tar-ristoranti sabiex jobdu l-liġijiet. Għamel appell ukoll lir-residenti sabiex jibżgħu għal dak li għandhom u ma jħammġux.

Aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, fuq il-midja soċjali beda jiċċirrkola ritratt ta’ qażquż mejjet f’borża sewda mitluq fit-toroq tal-Belt. Meta mistoqsi dwar dan l-att, is-Sindku Alfred Zammit qal li dan mhuwiex ġust għal l-isforzi li qed issiru mill-kunsill lokali u minn Clean Malta, li t-tnejn li huma għandhom l-għan li jżommu l-Belt Valletta nadifa.

Żied jgħid li il-ħaddiema tat-tindif jixirqilhom aħjar u ingħaqad mad-Direttur Ġnerali ta’ Clean Malta, Ramon Deguara fir-rabja u d-diżappunt tiegħu għal min wettaq dak l-aġir li juri biċ-ċar li dan l-individwu ma għandu ebda rispett lejn ħadd.

Huwa temm billi appella sabiex kulħadd jimxi mal-infurazar tal-liġi u li jekk le dak li ma jobdiex mar-regoli għandu jeħel multi sabiex permezz tagħhom jitgħallem li għandu jimxi mal-iskeda li tgħid meta l-boroż tal-iskart għandhom jinħarġu biex jiġu miġbura.

Ekonomija

Sport