Wednesday, April 24, 2024

Bidla meħtieġa lejn binjiet li jaħdmu b’aktar effiċjenża fl-użu tal-enerġija mingħajr piżijiet ġodda fuq in-nies

Aqra wkoll

Dan stqarru l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi meta kien qed jitkellem fil-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Budget. Huwa rrefera għad-deċiżjoni li ttieħdet fil-Parlament Ewropew il-bieraħ li tkompli turi kemm l-Unjoni Ewropea qegħda tagħti indikazzjoni dejjem aktar ċara biex il-bini kollu li jsir fl-Ewropa ikun jaħdem b’effiċjenza enerġetika. Dan bil-għan li jonqos il-konsum tal-enerġija fit-triq lejn id-dekarbonizazzjoni tal-ekonomija Ewropea. 

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi saħaq li wasal iż-żmien ghal diskussjoni miftuħa mas-settur plrivat, mal-investituri, mal-kuntratturi, ma’ min jiddisinja l-bnijiet u mal-professjonisti kollha involuti għaliex iridu jinstabu is-soluzzjonijiet li bihom ma jbatux in-nies. Is-soluzzjonijiet ma jridux ikunu biss ta’ effiċjenza enerġetika imma jridu jkunu wkoll effiċjenti finanzjarjament. 

Il-Ministru stqarr li fil-qasam tal-bidliet li qed isiru f’dan is-settur tal-kostruzzjoni, hemm bżonn ukoll li nimxu fit-triq lejn binjiet  li jkollhom effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Huwa rrefera għad-diskussjoni li bdiet fil-pajjiż din il-ġimgħa dwar il-proposti biex għall-ewwel darba jkun introdott il-Liċenzjar tal-Kuntratturi fl-oqsma tat-twaqqigħ, l-iskavar u l-bini. Huwa qal li din ukoll hija bidla importanti ferm fid-direzzjoni li għandha twassalna għal aktar serjeta, aktar kwalita u aktar responsabbilta fis-settur.

Sport