Friday, April 19, 2024

Sa Diċembru kien hemm 228 persuna b’diżabbiltà jirreġistraw għax-xogħol 

Aqra wkoll

Sa Diċembru li għadda kien hemm 228 persuna b’diżabbiltà jirreġistraw għax-xogħol. Il-maġġoranza tagħhom kienu irġiel, li jammontaw għal 175 u l-kumplament kienu nisa. Iddikjara dan il-Ministru għall-Finanzi u Xogħol Clyde Caruana waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru rrefera għal informazzjoni tal-Jobsplus u qal li l-maġġoranza ta’ dawk jirreġestraw għax-xogħol kellhom bejn l-40 u l-54 sena, bi 62 minnhom ikunu rġiel u 18 ikunu nisa għal total ta’ 80 persuna b’diżabbiltà.

Caruana qal ukoll li kien hemm 63 persuna b’diżabbiltà ’l fuq minn 55 sena jirreġistraw għax-xogħol b’49 minnhom ikunu rġiel u 14 nisa.

Bejn il-25 sena u d-39 sena kien hemm 55 persuna b’diżabbiltà jirreġistraw għax-xogħol li 43 minnhom kienu rġiel u 12 nisa.

L-inqas ammont ta’ persuni b’diżabbiltà jirreġistraw mal-Jobsplus huma dawk taħt il-25 sena li kienu jammontaw għal 30 sena, b’21 irġiel u disa’ nisa.

Sport