Sunday, November 24, 2024

Bidu veloċi għall-flotta tat-Tellieqa Offshore tal-ORC European Championships

Aqra wkoll

Taħt smewwiet blu brillanti u ibħra attivi llum, il-flotta ta’ 38 jott minn 10 pajjiżi bdiet il-Kampjonati Ewropej tal-ORC 2023 li qed isiru f’Malta b’riħ mill-majjistral, li kien qed jilħaq bejn 14 u 20 mil nawtiku fis-siegħa. Dawn il-kundizzjonijiet għenu il-flotta timxi b’ritmu mgħaġġel li jarhom jispiċċaw il-korsa bejnf’24 u 36 siegħa.

L-10 iskrizzjonijiet fi Klassi A għandhom korsa ta’ 186 mil li mill-bidu ‘l barra mill-Belt Valletta l-ewwel iddur madwar il-kosta tan-nofsinhar ta’ Malta, iddur mal-gżira żgħira ta’ Filfla, minn fejn il-flotta terġa ddur lejn il-kosta tal-lvant ta’ Malta għall baga ġewwa Marina di Ragusa fil-ponta tan-nofsinhar ta’ Sqallija. Minn hemm il-flotta tal-Klassi A tirritorna lejn Għawdex fuq rotta lejn ix-Xlokk ta’ Malta fejn iduru lura lejn il-Port ta’ Marsamxett.  

Tmexxi il-Klassi A hemm il-jott BEAU GESTE, proprjetà ta’ Karl Kwok li hu bbażat f’Hong Kong u mexxi minn tim internazzjonali taħt il-gwida ta’ Gavin Brady (NZL/USA).

Id-19-il entrata fi Klassi B għandhom korsa ta’ 151 mil xli kienet tinkludi wkoll dawra fin-Nofsinhar ta’ Malta, iżda mingħajr ma marru sa Fifla qabel ma telqu lejn Ragusa. Minn hemm imorru direttament Kemmuna, u jispiċċaw billi jagħmlu dawra madwar bagi fil-Lvant tal-Belt Valletta, qabel imorru lejn il-linja finali f’Marsamxett.

Il-flotta fil-Klassi B kienet stretta, b’ħafna bidliet fil-posizzjonijiet  tal-vantaġġ numru ta’jottijiet Club Swan 42’s – BE WILD ta’ Renzo Grottesi (ITA), DARING SISTERS ta’ Tomas Dolezal (CZE), KATARIINA II ta’ Aivar Tuulberg (EST),  SETSAIL ta’ Valentin Oeru (ROU) u MORGAN V ta’ Nicola De Gemmis (ITA) – kif ukoll il-jottlFarr 40 ELLINIX FARR AWAY ta’ Stergios Leontaridis (GRE) u l-jott Grand Soleil 43 REVE DE VIE ta’ Ermono Galeati (ITA).

Id-9 iskrizzjonijiet fi Klassi C qed jiġru fuq korsa ta’ 140 mil li hija simili għall-korsa tal-Klassi B mingħajr il-dawra li saret fil-Lvant tal-Belt Valletta. F’dan il-grupp, Vincenzo de Blasio (ITA) Italia 11.98 SCUGNIZZA jinsab fuq quddiem, segwit mill-jott Bulgaru Sun Fast 3600, IRON BUTTERFLY ta’ Atanas Vladimirov Panov, u minn Giovanni Toscano (ITA) Italia 11.98 VARENNE fil-viċin.

Fir-regoli tal-kampjonat ir-riżultati minn din it-tellieqa jiffurmaw parti punti miġbura matul il-kampjonat , għalhekk it-timijiet kollha se jkunu qed jiġġieldu lejl u nhar għall-aħjar riżultati tagħhom.

Tommaso Chieffi, li qed jikkompeti fuq is-Swan 45 BLUE SKY ta’ Claudio Terrieri (ITA), qal li din it-tellieqa se tkun ikkumplikata minħabba l-kundizzjonijiet inizjali tar-riħ segwit minn arja ħafifa li qed tiċċaqlaq lejn il-Lvant u x-Xlokk illejla.

“We will first try to not break anything when its windy,” he said. “Then as wind gets lighter towards Ragusa and on the way back towards Gozo this will become a more tactical light air downwind race. We need to remember to pace ourselves and keep our team rested to perform at their best. It’s a marathon, not a sprint.”

“L-ewwel se nippruvaw ma jkollnix ħsarat minħabba l-irjiħat li qed jiġu previsti,” qal. “Imbagħad hekk kif ir-riħ jiħfief lejn Ragusa u fit-triq lura lejn Għawdex din issir tiġrija aktar tattika. Irridu niftakru li nżommu l-pass ikkalkulat u nżommu lit-tim tagħna mistrieħ biex iwettaqu l-aħjar tagħhom. Dawn il-Kampjonati huma maratona, mhux sprint.”

Is-sistema ta’tracking tat-tellieqa tinsab fuq il-websajt tal-avveniment – https://orceuro2023.com/tracking/long-offshore-race.

Wara kull tellieqa, ir-riżultati jiġu ppublikati fuq https://orceuro2023.com/results.

Il-Kampjonati Ewropej ORC 2023 qed jiġu appoġġjati minn Yachting Malta, Visit Malta, il-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex, il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant bħala parti mill-attivitajiet tiegħu għar-Reġjun Ewropew tal-Isport 2023 u Heineken.

Sport