Sunday, December 22, 2024

“Biex il-mudell tat-traffikant indgħajfuh irridu nenfasizzaw fuq ir-ritorn”

Il-PM isostni li l-Immigrazzjoni hija sfida dinjija u mhux biss Ewropea

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Biex il-mudell tat-traffikant indgħajfuh irridu nenfasizzaw fuq ir-ritorn – jiġifieri li min jidħol irregolarment u ma jkunx eliġibbli għall-ażil, ikun mibgħut lura pajjiżu. Jekk inħallu s-sistema tal-ażil tiġi abbużata, inkunu inġusti ma min jistħoqqlu protezzjoni”, saħaq il-Prim Ministru Malti Robert Abela waqt stqarrija Ministerjali li tat rendikont tal-ħidma tiegħu u dak li ġie diskuss waqt summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell. 

Saħaq li l-iktar parti movimentata tad-diskussjoni kienet l-immigrazzjoni u kompla biex jgħid li din hija sfida enormi li tibqa’ tħalli pressjoni u tati wkoll aħbarijiet ta’ swied il-qalb bi traġedji umani bejn sema u ilma. Huwa sostna li din hija sfida tal-Unjoni Ewropea sħiħa u mhux biss, iżda dinjija. 

Huwa rrefera għal pajjiżi bħall-Olanda u d-Danimarka li qed iħabbtu wiċċhom ma influssi mill-Ukrajna u ’l hekk imsejħa secondary movements – nies li jkunu daħlu fl-Unjoni Ewropea irregolarment minn pajjiżi oħra imbagħad jispiċċaw fit-territorju tagħhom. 

Tkellem ukoll dwar il-Kunsill preċedenti u li wkoll kien qiegħed jitratta dan is-suġġett tant importanti. Huwa sostna li madanakollu sakemm għaddej dan kollu reġa’ kellna inċidenti bħalma kien hemm ftit jiem ilu barra l-Greċja. Imwiet bejn sema u ilma. Snin twal ta’ diskussjonijiet ma wasslux biex ikunu evitati iktar traġedji bħal dawn. Abela qal li għadu s’issa jiddefendi l-pożizzjoni ta’ Malta fil-Qrati u fakkar ukoll fil-proċess li għadda minnu flimkien mas-suldati Maltin minħabba li esponenti tal-Oppożizzjoni rieduhom l-ħabs.

Ekonomija

Sport