Friday, May 17, 2024

Biki ta’ ferħ mal-aħbar… Miżmuma s-sentenza għall-mewt tal-omm f’Texas

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-ġlieda għal ħajjitha minn Melissa Lucio, l-omm li ngħatat is-sentenza għall-mewt wara li nstabet ħatja għall-qtil ta’ bintha, kellha żvolta pożittiva wara li Qorti tal-Appell f’Texas żamm milli tiġi eżegwita u ordnat lill-qorti biex tikkonsidra l-evidenza l-ġdida fil-każ tagħha. L-aħbar ħarġet 48 siegħħa qabel Lucio kellha tingħata l-mewt. 

Din l-omm ta’ 14-il wild ingħatat din l-aħbar pożittiva b’telefonata u tant kienet sorpriża u ferħana li anke bdiet tibki. Fi stqarrija Lucio, li llum il-ġurnata għandha 53 sena, irringrazzjat lil Alla talli salvalha ħajjitha u fakkret il-memorja tal-għażiża bintha Mariah bil-kliem li, “binti hija f’qalbi llum u dejjem”.

Is-sentenza għall-mewt ta’ Lucio ngħatat fl-2007 wara li hija nstabet ħatja għall-mewt ta’ bintha Mariah li kellha sentejn meta seħħ il-każ. L-avukati tagħha qalu li l-omm kienet imġiegħla tammetti ħtija waqt interrogazzjoni “agressiva” mill-pulizija u li l-evidenza xjentifika turi li ċ-ċkejkna Mariah mietet kawża ta’ waqgħa li kellha jumejn qabel mietet.

Sport