Saturday, December 28, 2024

Bil-ġenerożità u l-qalb kbira tagħna l-Maltin, Angelina sejra tajjeb ħafna u qiegħda tfiq

Puttinu Cares dwar tifla Ukrena li qed tingħata trattament għal-leukemia

Aqra wkoll

Il-ġenerożità hija att sabiħ immens li jagħtik sodisfazzjon bla qies, iktar u iktar meta dan iwassal biex issalva l-ħajja ta’ għadd ta’ nies. Huwa dan il-kontribut ta’ Puttinu Cares – għaqda karitattiva li tgħin lill-pazjenti u lill-qraba tagħhom, kemm finanzjarjament kif ukoll emozzjonalment.

Tajjeb li nsemmu illi għalkemm normalment meta niftakru f’Puttinu nassoċjaw biss pazjenti Maltin ma’ din l-entità, Puttinu jmur lil hinn minn dan. Każ ċar huwa li riċentament għenu wkoll refuġjata Ukrena. 

Il-gwerra Russo-Ukrajna ħolqot bosta tbatija, kemm fuq il-poplu Ukren kif ukoll fuq iċ-ċittadini Russi stess. It-tbatija kkawżata minn din il-gwerra ħalliet konsegwenzi f’diversi oqsma, fosthom f’dawk li huma s-servizzi tas-saħħa u l-kura għal persuni morda bil-kanċer.

Angelina, tifla Ukrena li sabet kenn f’pajjiżna, għandha l-leukemia, u grazzi għall-għajnuna ta’ Puttinu u l-ġenerożità tal-Maltin ingħatat ċans ieħor biex tgħix: “Bil-ġenerożità u l-qalb kbira tiegħek, int ilqajtha f’pajjiżna … illum Angelina sejra tajjeb ħafna u qiegħda tfiq,” spjegaw il-mexxejja ta’ Puttinu Cares f’kitba li qasmu fuq il-paġna ta’ Facebook. 

Ekonomija

Sport