Friday, May 3, 2024

“Bil-kliem u bil-fatti ma nistgħux niskartaw l-obbligu internazzjonali”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Spiss ikun hemm każi fejn dgħajjes ma jiġux megħjunin mill-ewwel u saħansitra jkun hemm każijiet fejn dawn jitħallew għal ħin twil fil-baħar. Allura x’inhu l-messaġġ tal-President għal każijiet simili bħal dawn?

Spiteri Debono qalet, “Irridu naraw kif wara l-missjoni ta’ salvataġġ, li anke dawn x’ħin ikunu qegħdin fi kriżi bejn ħajja u mewt u f’ċerti kundizzjonjiet fuq il-baħar, dawn anke f’pajjiżna, l-akkoljanza tagħna lejhom tkun iktar miftuħa u iktar li tittrattahom bħala li għandhom bżonn ċertu wens speċjali.”

Kompliet tisħaq li għal hekk aħna bil-kliem u wisq anqas bil-fatti, ma nistgħux
niskartaw l-obbligu internazzjonali biex insalvaw dawn il-ħajjiet. F’din il-biċċa,
hemm bżonn li nenfasizzaw il-fatt illi sħabna fl-Unjoni Ewropea għandhom jerfgħu
biċċa u jtuna l-għajnuna biex lil dawn nistgħu nistabbilix xulhom anke ħalli jkollhom ambjent aħjar.

Temmet tgħid, “Diġà kellna imma għad fadal ħafna xi jsir. Għaliex mhux il-pajjiżi
kollha li qegħdin fl-UE ġew fuq quddiem biex jerfgħu biċċa fejn jidħlu biex isalvaw
il-ħajjiet ta’ dawk li jkunu fuq id-dgħajjes. Intant, pajjiżna hu pjuttost żgħir fl-Ewropa u minħabba li għandna popolazzjoni intensa u anke spazji iżgħar minn pajjiżi oħra, iridu jerfgħu ftit mill-piż tagħna.

Jien nara illi għandna nimpenjaw ruħna biex nikkonvinċuhom ħalli din il-pjaga, fejn fl-aħħar mill-aħħar hemm is-sofferenza tan-nies, ma nerfgħuhiex waħedna.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport