Saturday, May 18, 2024

Hamrun Spartans iżommu l-pass ma’ Floriana

Aqra wkoll

Hamrun S. ……..2

Birkirkara ………0

Hamrun Spartans żammew il-pass mal-leaders Floriana meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ doppjetta ta’ Luke Montebello, b’goal f’kull taqsima.

Dan il-konfront immarka wkoll konfront bejn żewġ aħwa – Joseph Mbong għal Hamrun Spartans u Paul għal Birkirkara.

L-ewwel attakk denju wasal fl-20 minuta, meta Montebello kellu l-cross-shot tiegħu devjat f’corner.

Żewġ minuti biss wara, l-Ispartans fetħu l-iskor meta xutt ta’ Ryan Camenzuli ġie devjat minn LUKE MONTEBELLO li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Karkariż.

Fit-32 minuta, Hamrun reġ­għu resqu viċin meta l-free-kick insidjuż ta’ Roko Prso għadda ftit barra.

Tliet minuti wara, il-Ħamruniżi kellhom f’saqajhom il-ballun tat-tieni goal meta Elionay Freitas Da Silva minn taħt il-lasta indirizza l-ballun għal ġewwa iżda pront kien Simon Zibo li nnewtralizza f’corner biex evita goal ċert.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun komplew fejn ħallew  qabel il-mistrieħ u, fid-49 minuta, ingħataw penalty meta l-goalkeeper, Marcel Zapytowsky, waqqa’ lil Jonny fil-kaxxa … biex mill-11-il metru LUKE MONTEBELLO ma żbaljax.

fl-54 minuta Joseph Mbong avvanza tajjeb iżda sab lil Zapytowski attent li ħareġ barra minn postu biex salva kull periklu.

U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għall-Istripes, fis-67 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Ali Diakite għat-tieni karta safra.

Birkirkara wieġbu għall- ewwel darba fl-74 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Paul Mbong wara li l-goalkeeper Taljan, Federico Marchetti, inqabad barra minn postu, iżda t-tentattiv tiegħu stampa mal-mimduda, biex il-Ħamruniżi ħelsuha ħafif.

L-Ispartans komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sas-suffara finali.

HAMRUN S: 22-Federico Marchetti, 7-Luke Montebello (30-Seth Paintsil 81), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa (42-Nemanja Krstic 81), 14-Elionay Freitas D Silva (25-Ederson Bruno Domingos 72), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 33-Christian Rutjens, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenuali, 98-Jonny – Coach: Luciano Zauri

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 8-Paul Mbong, 10-Andrea Zammit (7-Adailton Queiroz De Jesus 75), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Sataraiano, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Alessandro Coppola, 38-Edward Sarpong, 42-Simon Zibo (15-Kaiden Fenech 81), 77-Ali Diakite, 99-Andrei Ciolacu (91-Maxuell Maia 60)   – Coach: José Borg

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORER: L. Montebello 22, 50 pen (H)

AMMONITI: J. E. Mbong, R. Prsa, L. Montebello, J. C. Corbalan (HS), A. Diakite (2), S. Zibo, A. Zammit, A. Coppola, K. Zammit (B)

TKEĊĊA: A. Diakite 68 (B) 

Sport