Wednesday, July 24, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fir-Rabat

Aqra wkoll

Raġel ta’ 58 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta tas-2.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, ir-Rabat.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha Crypton, tilef il-kontroll u waqa’ .

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li  weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport