Wednesday, July 24, 2024

2 żgħażagħ l-isptar wara ħabta li fiha karozza ħadet in-nar

Aqra wkoll

Żewġ żgħażagħ iddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’ħabta li fiha karozza Toyota Auris ħadet in-nar f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-2.20pm fi Triq Melilli f’Haz-Zebbug.

Fl-inċident kien hemm involuta karozza oħra Volkswagen Golf li kienet misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

It-Toyota Auris kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi u miegħu kien hemm passiġġiera żewġ żgħażagħ ta’ 19-il sena wkoll minn Ħaż-Żebbuġ. Ix-xufier u passiġġier minnhom ittieħdu l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien u tim mediku biex jassisti lill-midruba.

Ekonomija

Sport