Wednesday, July 24, 2024

Bormla SC jirbħu l-Grand Prix ta’ Vjenna

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa fil-kompetizzjoni tat-timijiet, is-seed numru 3 tar-rankings mondjali tal-FISTF, Bormla SC, rebħu il-Grand Prix ta’ Vjenna fl-Awstrija meta fil-finali għelbu lil Bologna Tigers tal-Italja 3-1. Fil-fażi tal-gruppi Bormla SC rebħu t-tliet logħbiet kollha u bdew b’żewġ rebħiet identiċi ta’ 4-0 kontra Pinco Devils TC tal-Italja u Royal Kaisermuhlen B tal-Awstrija u 3 -0 kontra TSC Phoenix tal-Awstrija.

Fis-semi-finali Bormla rebħu kontra t-tim organizzatur Royal Kaisermuhlen Austria 2-1 u fil-finali l-Bormliżi rebħu 3-1 kontra Bologna Tigers tal-Italja biex wasal it-tieni suċċess għall-2024 u ripetizzjoni tar rebha tal-GP Awstrijakk tal-2022. It-tim kien kompost mill-captain Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, il-Belġjan Bessim Golger, l-Awstrijakk

David Busch u Thomas Ebejer . 

Is-Sibt fl-avvenimenti individwali, il-plejers ta’ Bormla naqxu isimhom bil-kbir bl-Awstrijakk David Busch jirbaħ il-kategorija tal-Veterani u martu Katarina Waldorf BUSCH rebħet l-avveniment tan-nisa. Fl-Open Bessim Golger wasal sas-semi-finali u Thomas Ebejer fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena wasal sal-finali. Bormla Subbuteo Club jixtieq jirringrazzja lil VisitMalta, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, Mykonos by Yiamas, Euroclub Hotel, EJCS u Bormla Dynamos għall- għajnuna meħtieġa. Il-ġimgħa d-dieħla, it-tim se jkun qed jikkompeti f’Mallorca fi Spanja u fil-Grand Prix ta’ Malta MTFSA fl-aħħar ġimgħa ta’ April.

Ekonomija

Sport