Saturday, November 7, 2026
Home Sport Marc Marquez jirbaħ li Sprint Race tal-MotoGP tal-Qatar

Marc Marquez jirbaħ li Sprint Race tal-MotoGP tal-Qatar

0
21

Marc Marquez rebaħ li Sprint Race tal-MotoGP fil-Qatar, fiċ-ċirkwit ta’ Lusail, quddiem Fabio Di Giannantonio u Jorge Martin. 

It-tellieqa kellha titwaqqaf b’bandiera ħamra wara inċident fl-ewwel dawra li involva lil Francesco Bagnaia u Fermin Aldeguer. 

Wara t-tluq mill-ġdid, Marquez ħa l-kontroll u żamm l-ewwel post sal-aħħar, minkejja l-pressjoni ta’ Marco Bezzecchi, li spiċċa waqa’ wara kuntatt miegħu. 

Martin, li kien beda mill-11-il post minkejja li kien għadu qed jirkupra minn ksur fil-polz, irkupra diversi pożizzjonijiet iżda kellu jikkuntenta bit-tielet post. 

B’din ir-rebħa, Marquez kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq Martin għal 49 punt fil-klassifika tal-kampjonat mondjali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here