Sunday, November 8, 2026
Home Sport La Liga: Real Madrid jiddominaw lil Valencia b’rebħa ta’ 3-0

La Liga: Real Madrid jiddominaw lil Valencia b’rebħa ta’ 3-0

0
23

F’La Liga Real Madrid ħarġu minn Mestalla bi tliet punti importanti wara li għelbu lil Valencia 3-0 f’partita li fiha wrew il-kwalità u s-saħħa tagħhom, partikolarment fl-ewwel taqsima.

Federico Valverde poġġa lil Real Madrid fil-vantaġġ fit-28 minuta, filwaqt li Arda Guler irdoppja l-iskor tmien minuti wara biex it-team ta’ Madrid daħal jistrieħ b’vantaġġ komdu ta’ żewġ gowls.

Valencia ppruvaw jagħmlu reazzjoni biex jidħlu fil-partita wara l-mistrieħ, iżda sabu quddiemhom difiża organizzata tajjeb. 

Kylian Mbappé temm kull tama ta’ rimonta meta fit-75 minuta skorja t-tielet goal ta’ Real Madrid wara azzjoni maħduma tajjeb minn Arda Guler.

Is-sitwazzjoni għal Valencia kompliet tikkumplika ruħha meta Jose Gaya (79) tkeċċa wara foul fuq Mbappé.

B’din ir-rebħa, Real Madrid laħqu lil Barcelona fil-quċċata iżda lagħbu partita aktar. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here