Roma kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva fis-Serie A wara li għelbu lil Sassuolo 3-0 f’partita li fiha t-team ta’ Gian Piero Gasperini kellu kontroll assolut.
Roma fetħu l-iskor fis-27 minuta permezz tad-difensur Mario Hermoso, li wara azzjoni personali avvanza u b’xutt preċiż għeleb lill-goalkeeper Arijanet Muric.
Tliet minuti wara, il-Giallorossi rduppjaw b’mod fortunat meta x-xutt ta’ Donyell Malen kien devjat darbtejn, bl-aħħar kuntatt ikun ta’ Sebastian Walukiewicz li tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess.
Fit-tieni taqsima Roma komplew bl-istess ritmu u fit-58 minuta Rodrigo Mora għamilhom 3-0 b’xutt mill-ewwel wara kombinazzjoni tajba ma’ Malen.





