Wednesday, July 24, 2024

Jieħdu punt kull wieħed fi draw ġust

Aqra wkoll

Sliema W. ……..0

Hibernians …….0

F’konfront ferm bilanċjat u akkanit mill-bidu sat-tmiem, Sliema Wanderers u Hibernians temmewh fi draw ġust ta’ mingħajr goals.

Kollox ma’ kollox kienet partita ferm tattika, b’xi waqtiet medjokri u nieqsa mill-emozzjoni.

Sliema Wanderers kel­lhom lil Jospeh Minala u Geoffrey-Edwin Achempong sospiżi.

Kien fl-14-il minuta li was­let l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita, bil-Paw­listi jkunu huma li joħolqu l-periklu meta free-kick ta’ Claudio Bonanni ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper tal-Wanderers, Rashed Al Tumi.

Sliema wieġbu fil-25 mi­nuta meta cross-shot insidjuż ta’ Denis Koaou li ġie mblukkat mid-difiża tat-team minn Raħal Ġdid.

Tliet minuti biss wara Vito Plut għas-Slimiżi xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Lydon Micallef li iżda ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Hibernians irrispondew fit-42 minuta meta l-Grieg Giannis Bastianos avvanza tajjeb fuq ix-xellug iżda kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu mdawwar f’corner bi bravura minn Al Tumi.

Il-Pawlisti komplew jiddettaw il-logħob u fil-45 minuta l-istess Giannis Bastanos kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Al Tumi, daħal tajjeb Kurt Shaw iżda l-goalkeeper tal-Wanderers dawwar tajjeb f’corner.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema Wanderers ħarġu ferm aggressivi u fis-57 mi­nuta Vito Plut xeħet cross lejn Lydon Micallef li indirizza l-ballun lejn il-lasta iżda pront kien Gabriel Alves Fernandes li ddevja l-ballun f’corner, bil-Pawlisti jeħilsuha ħafif minn kull periklu.

Fit-78 minuta is-sostitut Ukren tal-Wanderers, Daniil Kondrakov, venven xutt qaw­wi minn pożizzjoni    ideali li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Hibernians, Ibrahim Kone, li dawwar tajjeb f’corner.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

Sliema w.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 9-Vito Plut (10-Samuel Gomes Da Mata 75), 11-Myles Beerman, 13-James Arthur, 15-Gustavo Alcino, 20-Denis Kouau, 21-Neil Frendo, 31-Henrique Murillo, 70-Lydon Micallef (19-Daniil Kondrakov 75), 77-Mohamed Awad – Coach: Paul Zammit

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 9-Sime Zuzul (6-Lucas Caruana 71), 10-Jurgen Degabriele (17-Isaiah Chukunyere 83), 21-Alex Bruno Da Silva Souza (20-Artem Radchenko 83), 22-Gabriel Izquier Artiles (77-Rodney Antwi 71), 23-Claudio Bonanni, 25-Mamadou Bagayoko, 29-Giannis Bastianos, 99-Gabriel Fernandes Alves  – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: V. Plut, D. Koa­uo, H. Murilo (SW), S. Zuzul (H)

Ekonomija

Sport