Wednesday, July 24, 2024

Premier Ingliż: L-ebda rebbieħ bejn Man Utd u Liverpool

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, fl-aktar partita mistennija Manchester United u Li­verpool temmew fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ma kkuntenta li ħadd minnhom. 

Dan minħabba għax filwaqt li Liverpool fallew milli jaqbżu fl-ewwel post, Manchester United jinsabu fil-bżonn tal-punti biex jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League. 

U bħal ma jiġri dejjem, Li­verpool fallew bosta ċansi­jiet ta’ skor u minflok għal­qu l-logħba, daħħlu lill-United fil-partita permezz ta’ żball banali ta’ Jarell Quansah f’nofs il-ground li ppermetta lil Bruno Fernandes (50) jikseb id-draw momentarju bil-konsegwenza li r-Red Devils kibru fl-istatura … u anke marru fil-vantaġġ minn Kobbie Mainoo (67).

Madankollu, Mohamed Salah (86 pen) salva r-riżultat għat-team immexxi minn Jurgen Klopp … wara li Luis Diaz (23) fetaħ l-iskor u ta l-impressjoni li Liverpool kienu se joħorġu bit-tliet punti.  

Sheffield U. v Chelsea – Chelsea reġgħu ddiżappuntaw meta marru għand it-team ta’ qiegħ il-klassifika, Sheffield United, u ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2.

Il-goals tagħhom waslu minn Thiago Silva (11) u Noni Madueke (66) filwaqt li Jayden Bogle (32) u Oliver McBurnie (92) skorja għall-Blades 

Tottenham v Nottm F. – Tottenham għelbu lil Nottingham Forest 3-1 biex telgħu fir-raba’ pożizzjoni.

Il-goals ġew minn  Murillo (15 o.g.), Micky van de Ven (53) u Pedro Porro (58) filwaqt li Chris Wood (27) skorja għall-Forest.

Ekonomija

Sport