Thursday, October 29, 2026
Home Sport Ivan Toney se jgħaddi ġuri fl-2028 dwar allegat każ ta’ aggressjoni

Ivan Toney se jgħaddi ġuri fl-2028 dwar allegat każ ta’ aggressjoni

0
59

L-attakkant Ingliż Ivan Toney se jgħaddi ġuri fit-12 ta’ Ġunju 2028 dwar allegat każ ta’ aggressjoni f’nightclub f’Soho, Londra, f’Diċembru tal-2025. Il-player ta’ Al-Ahli, ta’ 30 sena, wieġeb li mhux ħati li attakka lil Sabar Da Silva.

L-akkuża tressqet fil-31 ta’ Lulju wara investigazzjoni mill-Pulizija Metropolitana. L-imħallef Christopher Hehir skuża ruħu għad-dewmien, u spjega li l-qrati Ingliżi qed jiffaċċjaw ammont kbir ta’ xogħol pendenti.

Toney lagħab ukoll ma’ Northampton, Newcastle, Wigan, Peterborough u Brentford, qabel mar fl-Arabja Sawdija fl-2024 għal madwar £40 miljun. Huwa skorja darba f’10 dehriet mat-tim nazzjonali Ingliż.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here