Saturday, November 7, 2026
Home Sport Il-football Spanjol jagħti ġieħ lil Jesus de Miguel

Il-football Spanjol jagħti ġieħ lil Jesus de Miguel

0
42

Il-football Spanjol ingħaqad biex jagħti ġieħ lill-attakkant ta’ CD Tenerife, Jesus de Miguel, li miet traġikament fl-età ta’ 30 sena wara inċident waqt partita kontra FC Andorra.

Il-Federazzjoni Spanjola tal-Football (RFEF), La Liga u l-Liga F organizzaw diversi ċerimonji ta’ tifkira fl-istadiums madwar Spanja waqt il-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa, taħt il-messaġġ “Siempre en nuestro recuerdo” (Dejjem f’qalbna).

Qabel il-bidu tal-logħbiet, il-players taż-żewġ timijiet daħlu flimkien fil-ground lebsin flokkijiet speċjali bin-numru 9, li De Miguel kien jilbes matul il-karriera tiegħu. Wara nġabru f’forma ta’ nofs ċirku, poġġew fjuri f’tifkira tiegħu u osservaw minuta silenzju.

Tifkira oħra saret waqt il-logħbiet, meta r-referees waqqfu l-partita mal-ewwel opportunità wara d-disa’ minuta, biex il-players u l-partitarji jkunu jistgħu jagħtuh ġieħ permezz ta’ applaws.

L-inizjattiva kienet tinkludi l-kompetizzjonijiet nazzjonali kollha organizzati mill-RFEF u mil-Liga F.

CD Tenerife organizza wkoll ċerimonja speċjali ta’ tifkira fl-istadium Heliodoro Rodriguez Lopez is-Sibt, fejn il-partitarji kellhom l-opportunità jsellmu lill-player.

De Miguel miet fit-3 ta’ Novembru wara li sofra attakk f’qalbu wara ħabta mal-goalkeeper ta’ Andorra, Jesus Owono, waqt partita mit-tieni diviżjoni Spanjola.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here