Saturday, November 7, 2026
Home Sport Bayern Munich jegħlbu lil Mainz u jibqgħu fl-ewwel post tal-Bundesliga 

Bayern Munich jegħlbu lil Mainz u jibqgħu fl-ewwel post tal-Bundesliga 

0
37

Bayern Munich kisbu rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Mainz biex komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-Bundesliga.

Joshua Kimmich fetaħ l-iskor fl-14-il minuta b’xutt minn barra l-kaxxa, filwaqt li Lennart Karl irdoppja l-vantaġġ fis-57 minuta wara azzjoni mibdija minn Harry Kane. 

Mainz naqqsu d-distakk fil-ħin miżjud permezz ta’ Phillip Tietz, iżda ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa. 

Il-partita kienet immarkata wkoll minn injury għall-goalkeeper ta’ Bayern, Manuel Neuer, li kellu jinbidel qabel tmiem l-ewwel taqsima.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here