Monday, December 30, 2024

“Bil-patt il-ġdid il-kwistjoni tar-rilokazzjoni għadha waħda volontarja” – Il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet għall-Intern Byron Camilleri qal li filwaqt japprezza l-isofrzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi ffaċċjata l-fenomenu tal-immigrazzjoni, huwa żied jgħid li ma sarx biżżejjed f’dan ir-rigward. Huwa qal dan f’kumment li ta lil Politico.

Camilleri qal li Malta tapprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex issib soluzzjonijiet effettivi biex tiġi indirizzata l-immigrazzjoni irregolari, madankollu l-patt il-ġdid ma jagħmilx biżżejjed mil-lat ta’ solidarjetà.

Żied jgħid li bil-patt il-ġdid, it-tema ta’ rilokazzjoni, li huwa ddeskriva bħala l-aktar forma effettiva ta’ solidarjetà, għadha fuq bażi volontarja.

Politico rrapportat li l-isforzi preċedenti biex issir riforma tal-politika tal-blokk Ewropew dwar l-ażil fallew minħabba nuqqas ta’ qbil kbir bejn il-pajjiżi membri.

Ekonomija

Sport