Saturday, December 21, 2024

Bill Gates jgħid li l-agħar tal-pandemija jista’ jkun li għad irid jasal

Aqra wkoll

Il-fundatur ta’ Microsoft Bill Gates wissa li t-theddida dinjija tal-pandemija għadha m’għaddietx hekk kif il-possibbiltà li jiżviluppa varjant b’saħħtu għadha hemm.

Il-biljunarju Gates qal li hu ma jridx jinstema’ bħala “x-xandar tal-bxara l-ħażina” iżda wissa u fakkar li r-riskju li jiżviluppa varjant li jkun kapaċi jinfirex iktar u li jkun iktar qattiel għadu hemm. Huwa żied jgħid li r-riskju li jiżviluppa dan il-varjant huwa ta’ iktar minn 5% u għalhekk possibbilment id-dinja għad trid tesperjenza l-agħar episodju tal-pandemija. 

Din mhix l-ewwel darba li Gates għamel twissija bħal din, tant li f’Diċembru tas-sena li għaddiet huwa kien qal lill-miljuni ta’ segwaċi tiegħu fuq Twitter li n-nies għandhom ikunu ppreparati għall-agħar tal-pandemija. Ta’ min ifakkar li lura fl-2015 Bill Gates kien qal li d-dinja mhix ippreparata f’każ ta’ pandemija globali. 

Minn Marzu tal-2020 sal-lum il-virus tal-Covid-19 ħalla madwar 6.2 miljun persuna mejtin. F’dawn l-aħħar xhur in-numri ta’ każi ġodda u mwiet naqsu globalment. 

Ekonomija

Sport