Saturday, May 4, 2024

O’Sullivan jirbaħ is-seba’ Kampjonat Dinji tal-isnooker

Jgħid li għalissa se jaqsam ir-rekord tat-titli ma' Hendry iżda x'aktarx jerġa' jilgħab is-sena d-dieħla

Aqra wkoll

Ronnie O’Sullivan irnexxielu jikseb is-seba’ Kampjonat Dinji tal-isnooker wara li rebaħ 18-13 kontra Judd Trump. 

Din ir-rebħa għal O’Sullivan tfisser li issa fl-età ta’ 46 sena rnexxielu jikseb l-istess kompjonati daqs Stephen Hendry’s li kellu dan ir-rekord ta’ seba’ kampjonati.

Barra minn hekk, bir-rebħ ta’ dan il-kampjonat, O’Sullivan sar l-akter plejer ta’ età avvanzata li rnexxielu jirbaħ dan l-unur. Dan hekk kif l-aktar plejer li kien viċin kien Ray Reardon li fl-età ta’ 45 sena rebaħ is-stt titlu tiegħu lura fl-1978.

Ilbieraħ waranofsinhar Trump rebaħ sitt frames mit-tmienja u kien hemm mumenti fejn il-kampjonat seta’ jmur fuq iż-żewġ naħat wara li l-iskor tqarreb għal 14-11.

Minkejja dan O’Sullivan temm it-tamiet ta’ Trump u kien iddikjarat rebbieħ tal-kampjonat u tal-£500,000 premju wara li rebaħ erbgħa mill-ewwel sitt frames ta’ filgħaxija.

Mistoqsi rigward il-possibbiltà li jaqbeż waħdu fil-quċċata fil-futur, O’Sullivan qal li fix-xhur li ġejjin se jkun qiegħed jaqsam dan ir-rekord ma’ Hendry, iżda żied jgħid li x’aktarx se jerġa’ jilgħab is-sena d-dieħla.

Sport