Sunday, November 24, 2024

Billboard f’Ħal Far ikompli jimla d-dilettanti tal-motorsports b’kuraġġ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġimgħat, il-Prim Ministru Robert Abela, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, fost persuni distinti oħra, ħabbar il-proġett ta’ trakka ġdida għall-karozzi u l-muturi b’investiment ta’ €20 miljun.

Ftit jiem wara din l-aħbar qisha bdiet tbatti, iżda l-qalb tad-dilettanti baqgħet tħabbat bil-ħolma li dak li ilhom joħolmu għal għexieren ta’ snin finalment titwettaq u ssir realtà.

Ritratt mibgħut lil dan is-sit minn persuna attiva fil-motorsports juri sempliċi billboard li tpoġġa fl-aħħar jiem li pero jfisser ħafna għal dawn in-nies. “Għalina li ilna snin niġu mwiegħda dan il-proġett qisu bħal ħolma li iebsa ssir realtà għax tant rajna pjanti, studji u wedgħiet li qisek tgħoddha mal-oħrajn, iżda jidher li din id-darba se ningħataw widen għall-karbiet tagħna”, qalet ma’ Talk.mt din il-persuna.

Sport