Saturday, May 4, 2024

L-ACIM tilqa’ l-miżura tal-għotja għal dawk li jixtru vettura elettrika jew hybrid

Aqra wkoll

L-assoċjazzjoni tal-impurtaturi tal-Karozzi f’Malta (ACIM) awgurat lill-gvern għall-miżuri u l-inċentivi ppreżentati fil-budget 2022. 

L-assoċjazzjoni laqgħet b’sodisfazzjon il-miżuri li l-aktar li jolqtuha u fost dawn kien hemm l-għotja ta’ €11,000 għal dawk li jixtru vettura elettrika jew hybrid, liema għotja tiżdied sa €12,000 jekk fil-proċess ta’ tibdil il-vettura l-qadima tiġi scrappjata.

L-ACIM temmen li din il-miżura hija pass fid-direzzjoni t-tajba lejn il-mira ta’ aktar vetturi elettriċi fit-toroq ta’ pajjiżna.

L-assoċjazzjoni temmet tikkjarifika li hija waħda indipendenti għal dik tal-Importaturi ta’ Vetturi Użati (UVIA) u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Importaturi tal-Karozzi (MCIA) li jirrapreżentaw biss lill-impurtaturi ta’ vetturi second-hand.

Sport