Mill-2013: Medja ta’ €82 aktar fil-ġimgħa għal kull pensjonant 

L-akbar żidiet fil-pensjonijiet kienu fil-Budgets tal-2023, 2024, 2025 u l-2026

Aqra wkoll

Mill-2013 u allura l-ewwel Budget ta’ Gvern Laburista saż-żieda mħabbra fil-Budget għall-2026 kull pensjonant ra żieda medja ta’ €82.40 fil-ġimgħa. Dan ifisser żieda medja ta’ €4,284 għal kull pensjonant. 

Kelliem għall-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-Familja spjega ma’ It-Torċa kemm kienu ż-żidiet fil-pensjonijiet kull sena flimkien maż-żidiet fil-kumpens tal-Għoli tal-ħajja. 

Dawn iċ-ċifri juru li l-akbar żidiet għall-pensjonanti ngħataw fil-Budgets tal-2023, 2024, 2025 u l-Budget tas-sena l-oħra. B’kollox fl-2023 iż-żieda lill-pensjonanti kienet ta’ €12.50 fil-ġimgħa, fl-2024 iż-żieda telgħet għal €15 fil-ġimgħa, €8 aktar fil-ġimgħa fl-2025 u €10 żieda fil-ġimgħa mħabbra fil-Budget 2026. 

Miċ-ċifri uffiċjali li għadda l-istess kelliem tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja jirriżulta illi f’każ ta’ pensjonanti miżżewġin bil-Pensjoni Minima, iż-żieda fil-pensjoni kull ġimgħa mill-2013 kienet ta’ €90.55. Dan ifisser li koppja pensjonanti miżżewġin b’pensjoni minima rat żieda fil-pensjoni ta’ €4,708 mill-2013. 

Anzjan jew anzjana li tgħix waħedha u qed tirċievi pensjoni minima rat il-pensjoni tagħha tiżdied b’€86.55ċ fil-ġimgħa, meta mqabbel mal-2013. Dan ifisser żieda totali ta’ €4,500. 

Apparti dawn iż-żidiet fil-Budget tal-2015 inħareġ bonus ta’ darba ta’ €35 lil dawk kollha bi dħul baxx, studenti u pensjonanti, bħala kumpens għall-COLA baxxa mogħtija għall-2015. 

L-aħjar 20 miżura u inizjattiva għall-pensjonanti f’14-il sena

Iż-żieda fil-pensjoni ma kinitx miżura waħedha u iżolata imma tiġi bħala parti minn pakkett ħafna akbar u ħafna aktar estensiv ta’ inizjattivi, żidiet u miżuri favur il-pensjonanti fl-aħħar 14-il sena. 

Dawn li ġejjin huma biss 20 miżura mill-ħafna miżuri u inizjattivi li ħa Gvern Laburista fi kważi 14-il sena. 

1 –  Ħelsien mit-taxxa tad-dħul (Income Tax) lill-pensjonanti. Mill-1 ta’ Jannar 2026 id-dħul mill-pensjoni, sa €37,104, hija kollha tax free għal dawk minn 61 sena ‘l fuq

2 – Fost id-diversi benefiċċji lir-romol, il-Gvern beda jagħtihom pensjoni sħiħa. Il-Gvern baqa’ jsaħħaħ il-pensjoni lir-romol biex din tilħaq l-istess rata tal-konjugi, kieku baqgħu ħajjin – proċess li se jiġi fi tmiemu fl-2027

3 – Romol bi tfal dipendenti jirċievu żieda fil-pensjoni għal kull tifel/tifla dipendenti sakemm jilħqu l-età ta’ 23 sena. 

4  – Bidla, fost il-ħafna, kienet dik li għall-ewwel darba l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew igawdu minn pensjoni wara 25 sena servizz

5 – Ġew ikkoreġuti anomalji li nħolqu fil-pensjoni tas-sigurtà soċjali ta’ eluf ta’ ħaddiema, fosthom eks-ħaddiema tat-Tarzna, tal-eks Telemalta u tal-eks Redifussion

  1. – Għall-ewwel darba l-Gvern daħħal inċentiv għal dawk li għax ma ħallsux biżżejjed bolol ma jikkwalifikawx għall-pensjoni. Dan il-bonus baqa’ jiżdied sena wara oħra, biex issa jvarja bejn €600 għal min ħallas sa sena bolol u €1,050 għal min ħallas sa massimu ta’ disa’ snin bolol
  1. – Il-Gvern saħħaħ l-għotja lill-anzjani u baqa’ jżidha budget wara ieħor, biex dawk bejn 75 u 79 sena qed jirċievu €425 fis-sena u dawk ta’ 80 sena jew aktar qed jingħataw €525 fis-sena
  1. – Id-dħul minn impjieg beda jiġi injorat għall-finijiet tal-kalkolu tal-Pensjoni tad-Diżabilità
  1. – L-Assistenza għal Mard tingħata lil persuni li ma jaħdmux skont test tal-mezzi u li jkunu ċċertifikati li jbatu minn diversi tipi ta’ mard skont kif elenkat fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali. Ġiet emendata il-liġi sabiex jitwessgħu l-limiti tad-dħul kemm għal koppji kif ukoll għal persuni li jgħixu waħedhom. Din il-miżura tolqot madwar 800 benefiċjarju.
  1. 10.- Kull persuna li taqbeż il-75 sena u tkun tibbenefika mill-Għajnuna Supplimentari bdiet issir awtomatikament eliġibbli għall-mediċini b’xejn tal-karta r-roża mingħajr il-bżonn li togħqod għal test tal-mezzi
  1. 11.- Saret riforma fil-pensjoni tad-diżabilita’ fejn ġew stabbiliti tliet livelli ta’ ħlasijiet skont il-livell ta’ diżabilita’.  Persuni li assolutament ma’ jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol minħabba d-diżabilita’ tagħhom se jirċievu l-ogħla rata ta’ benefiċċju 
  1. 12. – Sar tibdil li jolqot persuni li ġenwinament ma jkunux jifilħu jaħdmu, speċjalment dawk bl-ogħla grad ta’ inkapaċità, li jinkludu nies li jkunu mardu serjament, eżempju bil-kanċer. Fejn qabel kienu jitħallsu l-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali netta, mill-2026 bdew jirċievu l-ekwivalenti tal-Pensjoni taż-Żewġ Terzi li kieku jirċievu, kieku flok mardu, irtiraw.
  1. 13. – Mill-2024, Persuna li tipposponi l-pensjoni:

b’sena, tkun intitolata għal żieda addizzjonali ta’ 6.5%, 

b’sentejn, tkun intitolata għal żieda addizzjonali ta’ 13.5% 

bi tlett snin, tkun intitolata għal żieda addizzjonali ta’ 21% 

b’erba’ snin iż-żieda addizzjonali tkun 29%, 

  1. 14. – Għal diversi drabi tnieda ħruġ ta’ Savings Bonds 62+  għal dawk li għalqu t-62 sena 
  1. 15.- Pensjonanti li ħadmu fil-Libja li ġew affetwati ħażin fil-pensjoni tagħhom minħabba nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ngħataw l-opportunità li jekk jippreżentaw provi tal-kontribuzzjonijiet li kienu ħallsu fil-Libja dawn jiġu kkonvertiti f’kontribuzzjonijiet Maltin 
  1. 16. – Gvern Laburista nieda u baqa’ jsaħħaħ il-Benefiċċju tal-Carer at Home. Dan il-benefiċċju baqa’ dejjem jiżdied sa €9,000. L-iskop huwa biex aktar anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità
  1. 17.- L-Anzjani kienu fost il-218,000 persuna li bbenefikaw mir-rifużjoni tat-taxxa li ngħatat lil kull min jaqla’ anqas minn €60,000.  
  1. 18. – Il-Gvern tejjeb u saħħaħ l-Allowance Supplimentari li titħallas lil persuni, l-aktar anzjani, li għandhom dħul baxx. Fl-2026 ir-rata kull ġimgħa għal koppja kienet ta’ €27.30 filwaqt li għal persuna waħedha kienet ta’ €14.40. 
  1. 19. – Investiment qawwi u kontinwu f’San Vinċenz De Paule: Infetħu kliniċi tal-Oftamoloġija ġodda, infetħu diversi wards ġodda fosthom dawk tal-Kura Paljattiva u dawk tal-Psikoġerjatrija u s-sena l-oħra saru rinovazzjonijiet maġġuri f’diversi wards. Sar investiment ta’ €4 miljun fi kċina moderna, €1.8 miljun f’magna ġdida tal-MRI u lura fl-2020 kienet miftuħa estensjoni kbira ta’ San Vinċenz (in-naħa ta’ Ħal Farruġ)
  1. 20. – Pensjonanti tas-Servizz li ma laħqux l-età tal-irtirar, ma jaħdmux u lanqas jieħdu l-pensjoni tas-sigurtà soċjali bdew jirċievu Bonus Addizzjonali għall-għoli tal-ħajja, ekwivalenti għaż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport