Friday, November 15, 2024

Bini storiku f’Lima fil-Peru jingħata n-nar mid-dimostranti

Aqra wkoll

Għal jum ieħor eluf ta’ dimostranti niżlu jipprotestaw fit-toroq tal-kapitali Lima fil-Peru fejn matul il-lejl li għadda taw in-nar lil bini storiku.

Huma qegħdin jipprotestaw kontra l-President Dina Boluarte fejn id-dimostranti sabu reżistenza kbira mill-forzi tal-ordni.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar għamlu dak kollu posibbli biex jikkontrollaw in-nirien, iżda rapport qed jgħidu li l-bini kważi nqered għal kollox.

Fl-aħħar jiem minn kien ilhom għaddejjin il-protesti nqatlu diversi persuni fi ġlied li kien hemm mal-pulizija u l-forzi tal-ordni. Huma bdew il-protesti wara li Pedro Castillo l-eks mexxej tneħħa mill-poter.

Id-dimostranti qegħdin jitolbu lil President Boluarte tirriżenja u sejjaħ elezzjonijiet ġodda filwaqt li Castillo jinħeles b’mod immedjat mill-arrest.

Ekonomija

Sport