Tuesday, May 14, 2024

“Binti spiċċat b’rasha mtajra quddiemi u lilna qafluna f’kantina”

Aqra wkoll

Wara disat ijiem ta’ gwerra fl-Ukrajna, Viktoria u Petro ddeċiedew li jitilqu mill-belt ta’ Chernihiv. Ħadu din id-deċiżjoni biex iżommu lil uliedhom siguri ‘l bogħod mill-bumbardatmenti u l-isparar.

Matul il-vjaġġ tagħha, Petro niżel mill-karozza biex ineħħi xi ġebel li kienu qed jostakolaw it-triq li kienet se twassalhom għad-destinazzjoni tal-libertá. Iżda, kif Petro beda jneħħi l-ġebel, spiċċaw attakkati minn tiri bla waqfien.

Lil żewġha Petro ma reġgħetx ratu darb’oħra u lil bintha ratha taqa’ quddiema bla ħajja b’rasha mtajra. Truppi Russi kienu fetħu n-nar fuqhom u qatlu lit-tifla Veronika u lil missierha Petro.

Viktoria ma kellhiex għażla ħlief li taħrab u ssib kenn, liema kenn instab mit-truppi Russi li ħaduhom f’kantina maqfulin. Bħalissa Viktoria u t-tarbija tagħha Varvara jinsabu jistkennu f’Lviv fil-Punent tal-Ukrajna.

Sport