Thursday, December 26, 2024

BirdLife Malta tisħaq li l-Gvern qed jikser il-liġi

Aqra wkoll

Dalgħdu Bird Life Malta ppreżentat kwerela lill-Pulizija minħabba l-fatt li qed tisħaq li l-Gvern kiser il-liġi . BirdLife Malta qalet li għandu jkun il-Ministru tal-Ambjent li jieħu d-deċizjoni rigward il-kaċċa imma ladaraba dawn il-permessi qed joħorġu mill-Ministru ta’ Għawdex, il-liċenzji huma meqjusa bħala invalidi. 

BirdLife Malta qalet li minkejja li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jgħidu biex wieħed kemm jista’ jkun jibqa’ d-dar, 7000 kaċċatur jistgħu joħorġu xorta waħda għall-kaċċa. Huma żiedu jgħidu li l-Gvern qed jiġi jaqa’ u jqum u li dan li qed jiġri huwa diżrispett lejn is-soċjetà Maltija. Huma temmew jgħidu li f’dawn il-mitt jum mill-ħatra tal-Prim Ministru Robert Abela għadu ma ltaqax ma’ ambjentalist wieħed u b’dispjaċir qalu li Abela, fejn jidħlu affarijiet ambjentali, huwa agħar mill-Prim Ministru ta’ qablu, Joseph Muscat.

Ekonomija

Sport