Monday, May 13, 2024

Franco Debono jħeġġeġ lill-PN biex jagħmel kritika raġjonata fil-konfront tal-Gvern “altrimenti ħela ta’ ħin”

Aqra wkoll

L-eks-Deputat Nazzjonalista, l-Avukat Franco Debono ħeġġeġ lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex tkun raġjonata fil-kritika li tindirizza lill-Gvern “altrimenti tkun ħela ta’ ħin”. Debono saħaq li l-ewwel mitt jum tal-Prim Ministru Robert Abela kienu kkaratterizzati minn ċirkostanzi internazzjonali li huma l-aktar diffiċli minn sebgħin sena ’l hawn. 

“Dan fatt mhux opinjoni,” tenna Debono. Żied jisħaq li l-“ebda Prim Ministru fl-aħħar 70 sena ma sab ma’ wiċċu u ma kellu jiffaċċja sitwazzjoni internazzjonali tant kerha.”

Fid-dawl ta’ dan, speċjalment li li dawn huma fatti magħrufin minn kulħadd, Debono filwaqt li qal li l-Oppożizzjoni tagħmel sew li tikkritika fejn jidhrilha, fl-istess waqt għandha żżomm quddiem għajnejha li min qed jisma’ l-kritika tagħha huwa konxju tad-diffikultajiet li mhux biss qed jesperjenza pajjiżna, iżda li jinsabu fuq skala dinjija.

“Kritika raġunata biex tkun effettiva, altrimenti ħela ta’ ħin,” temm jisħaq Debono.

Sport