Sunday, November 24, 2024

Birkirkara Boċċi jirbħu l-Blackball Amateur League.

Aqra wkoll

Birkirkara Boċċi taw wirja konvinċenti fil-finali tal-Amateur Cup tal-Blackball wara li għelbu lil Qormi Anici E 11-7.

Il-Karkariżi dejjem kellhom vantaġġ tajjeb fl-ewwel żewġ sessjonijiet għalkemm il-Qriema dejjem naqqsu l-marġni tal-iskor. Madankollu kien diffiċli għalihom li jieħdu xi ħaġa minn dan il-konfront bit-tim minn Birkirkara li ssiġġillaw ir-rebħa permezz tal-plejer tagħom Andre Pace li daħħal il-boċċa rebbieħa u ta t-titlu lit-tim tiegħu.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Birkirkara Boċċi Justin Farrugia.

Illum tintlagħab it-tieni finali tal-ġimgħa minn sensiela ta’ ħamsa meta San Ġwann Tiki Taka B jaffaċċjaw lil Qormi Anici D fil-Community Cup. Il-logħba se tibda fis-7pm u tintlagħab fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara.

Sport