Monday, July 15, 2024

Il-Judoka Katryna Esposito se tifforma parti minn Team Malti fl-Olimpjadi

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti bi pjaċir iħabbar li Judoka Katryna Esposito intgħażlet biex tifforma parti minn Team Malta fil-Logħob ta’ Pariġi 2024 li jmiss.

Ir-rebbieha ta’ midaljar fil-Logħob tal-Commonwealth u tal-GSSE 2023,  Esposito ser tkun qeda tikkompeti fil-Kategorija -48kgs.

Esposito ntgħażeletpermezz tal-programm Universality Places assenjat mill-Kummissjoni Tripartite tal-Logħob Olimpiku u li għandha diskrezzjoni unika dwar l-għażla tal-atleta. L-għażla hija bbażata fuq l-esperjenza kompetittiva internazzjonali tal-atleta, il-livell tekniku taghha u r-rieda ta’ kwalifikazzjoni għal-Logħob Olimpiku billi pparteċipa f’ l-avvenimenti kwalifikanti rilevanti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport